Art Appreciation by Gabriel A Pellegrini

The 14th of August marked a historical day not only for the parish church of Ghajnsielem but also for the artist Vince Caruana, who now has his name carved in the history of church bells in Malta. Being in charge of the frontal designs and accompanying wreaths, this four-year long €550,000 project, reached its climax last Sunday with the blessing of the eight new bells. The celebrations started with a Concelebrated Mass ‘In Fractione Panis’ led by Gozo Bishop Mgr Mario Grech. Following were the speeches of Mro. Dr John Galea who was an advisor on the tunes of the new bells, and of Gabriel A. Pellegrini who gave an art appreciation of each bell artistic works. The ceremonial of the blessing of the bells took place in the strong crowded main square as Mgr. Grech rang each bell as he blessed and called the name of each one by one. 

Below please find Gabriel A. Pellegrini’s speech along with Caruana’s original designs:

 

Progett 8x8x8

Inhossni verament onorat li ninsab hawn fil-Knisja ta’ Ghajnsielem, tempju mill-isbah iddedikat lil Madonna Ta’ Loreto, biex naghmel apprezzament artistku fuq il-qniepen il-godda li fi ftit mumenti ohra ikunu imbierka mill-Eccellenza tieghu, l-isqof ta’ Ghadwex Mons. Mario Grech.

Jiena ntitolajt id-diskors tieghi bhala 8x8x8.

Ir-raguni hija li 8 huma l-qniepen godda, 8 huma l-beatitudnijiet li gew interpretati fil-qniepen, u 8 huma il-persuni li kellhom parti kbira biex dan il-progett grandjuz tal-Parrocca Madonna ta’ Loreto ta’ Ghajnsielem, illum sar realta.

Ghalhekk nibda biex insemmi min huma dawn il-personnaggi li hadmu bla heda biex tirnexxi din l-opra li l-parruccani ilhom tant jistennew.

Dawn huma:

  1. L-Arcipriet Dun Frankie Bajada – il-mastermind wara dan il-progett.
  2. Il-funderija Cornille-Havard li tinsab gewwa Franza, u li fostna llum hawn id-direttur taghha, is-Sur Paul Bergamo.
  3. Mro. Dr. John Galea li kien responsabli mill-Muzika tal-Qniepen.
  4. L-iskultur Malti is-Sur Joe Chetcuti li kien il-konsulent ghall-ghazla tal-qniepen u li hadem ukoll l-angli sbieh li zejnu il-kuruna li sservi biex jigu mdendlin minnha l-qniepen.
  5. L-artist Vince Caruana li studja l-arti fil-Malta School of Arts, Scranton College of art Pensilvania u huwa gradwat b’Masters in Visual Arts minn LIBERA ACCADEMIA DI Belle ARTI ta’ Firenze; kien inkarigat biex jiddisenja t-tmien Beatitudnijiet kif ukoll id-disinji tal-borduri.
  6. Is-Sur Paul Stellini hadem fuq in-Nome di Maria u t-talb mill-Litanija Lawretana.
  7. Jean Claude Quinet, mill-fonderija Franciza, li ghamel il-‘Basso-riljievi’ tad-disinji ta' Vince Caruana u Paul Stellini.
  8. Rudolph Cauchi kien inkarigat biex jaghmel l-induratura (Gilding) tal-basso riljievi.

Issa nixtieq li naghti deskrizzjoni qasira tax-xoghol artistiku li sar fuq kull qanpiena. Fuq kull faccata nsibu d-disinji semplici u mill-aktar originali li jiddeskrivu l-Beatitudnijiet, xoghol Vince Caruana filwaqt li fuq in-naha ta’ wara hemm in-Nome di Maria u uhud mit-talb tal-Litanja xoghol is-Sur Paul Stellini.

  

L-Ewwel qanpiena: “Henjin il-fqar fl-Ispirtu, ghax taghhom hija s-Saltna tas-Smewwiet” u “Dar tad-Deheb”

1st_Beat._Blessed_are_the_poor_in_spirit_for_theirs_is_the_kingdom_of_heavenFil-parti ta’ quddiem hemm id-disinn semplici izda b’sinjifikat qawwi ta' Vince Caruana li nterpreta l-ewwel beatitudni bil-kalci, is-simbolu ta' l-Ewkaristija li jirraprezenta wkoll il-mahfra tad-dnubiet b’rabta mad-demm ghazziz li xerred ghal bnedmin kollha Sidna Gesu Kristu, li qeda tigi rraprezentata bil-kuruna tax-xewk. Il-parcmina u l-kuruna tad-deheb huma s-Saltna tas- Smewwiet. Da parti tieghu is-Sur Paul Stellini pogga fuq il- parti ta’ wara fin- nofs il-“M” tan-nome di Maria, xbieha tal-Madonna bil-bambin u dar ta’ Loreto.

Din il-qanpiena hija ukoll dekorata b’bordura ta’ ward. Fl-arti sagra l-ward huwa simbolu ta' ferh, hekk jirraprezenta hawn il-ferh etern li wiehed jista jgawdi fil-Genna.

 

1

 

 

 

 

 

 

It-Tieni qanpiena: “Henjin l-imnikkta, ghax huma jkunu mfarrga” u t-talba “Sultana tal-familja”

2nd_Beat.Blessed_are_they_who_mourn_for_they_will_be_comfortedCaruana pogga hafna hsieb fid-disinn illi ghalkem mhux ikkomplikat fih tifsira sabiha hafna. Mad-daqqa t’ghajn tara ajkla bil-kurcifiss u bix-xemx warajha u li fuqha hemm il-fjamma tan-nar u demgha. Il-hsieb wara dan id-disinn huwa li x-xemx u s-salib huma il-mewt u il-hajja il-gdida. Filwaqt li l-fjama tan-nar hija l-Ispirtu Santu li jaghti l-faragg lill-imnikkta li taghhom huwa id-dmugh. Sultana tal-Familja – ddedikata lill-emigranti li hallew art twelidna ghal gid tal-familja taghhom. Paul Stellini ghalhekk pogga fil-emblema tac-cirku lill-emigranti fil-5 kontinenti.

Din il-qanpiena ghanda l-bordura bil-frotta tar-rummiena li xi drabi hija simbolu tar-rezzurrezzjoni.

 

2

 

 

 

 

 

 

It-Tielet Qanpiena: “Henjin ta’ qalbhom helwa, ghax huma jkollhom l-art bhala wirt” u t-talba “Bidu tal-ferh taghna”

3rd_Beat._Blessed_are_the_meek_for_they_will_inherit_the_landF'din il-qanpiena l-artist Vince Caruana nterpreta din il-beatitudni bid-disinn mill-isbah, lineari u sinifikattiv bil-Haruf, l-ilma, xbieha ta’ huta u bis-simboli tal- ALPHA u l-OMEGA. Ghat-Talba “Bidu tal-ferh taghna”, is-Sur Paul Stellini ried ifakkarna fit-tieg ta’Kana u ghal daqstant id-disinn li lesta jirraprezenta l-garar tal-inbid u l-gheneb.

Ghad-disinn tal-bordura Caruana kompla fuq l-istess tema ta’ Stellini u pogga l-gheneb bil-weraq tad-dielja li huwa tant sabih.

3

 

 

 

 

 

 

Ir-Raba’ Qanpiena: “Henjin dawk li hum bil-guh u l-ghatx tal-gustizzja ghax huma jkunu mxebbghin” u t-talba “Omm il-Feddej”

4th_Beat._Blessed_are_they_who_hunger_and_thirst_for_righteousness_for_they_will_be_satisfiedKemm hi sabiha din il-beatitudni. Mhux kulhadd ghandu l-ghatx ghall-gustizzja u kemm huwa difficli biex jinterpreta b'disinn semplici, kellu verament bicca xoghol ta' hsieb il-habib taghna Vince Caruana. Izda hu bhas-soltu jaghmel dan bis-simboli tal-istilla four pointed, bil-maxtura, l-ostja u bit-Triquertra. Is-Sur Stellini rraprezenta t-talba “Omm il-Feddej” bid- disinn tas-salib li huwa dejjem simbolu perfett ta’Kristu.

Ghal bordura Vince ghamel disinn mil-isbah bil-qamh, is-simbolu tal-prosperita’ u l-hobz li l-bniedem jiekol ta' kuljum.

 

 

4

 

 

 

 

 

 

Il-Hames Qanpiena: “Henjjiin dawk li jhennu, ghax huma jsibu hniena” u t-talba “Omm il-Hniena”

5th_Beat.Blessed_are_the_merciful_for_they_will_be_shown_mercyL-immaginazzjoni tal-artist, m'ghandix limitu u hawn naraw kif Vince Caruana hareg bid-disinn tant sabih biex jiddeskrivi din il-beatitudni. Par idejn sbieh miftuta qeghdin jinploraw il-hniena li Kristu rrapprezentat ghal darba ohra bis-salib u bix-xemx fuq wara, li twassal ghall-hniena Divina. Fit-talba “Omm il-Hniena” ma nistawx ma nsibux l-Omm taghna Addolorata tant mahduma sabieha mis-Sur Stellini.

Il-Bordura tinsab imzejna bil-Violet Flowers, simbolu ta’ l-umilta.

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

Is-Sitt Qanpiena: “Henjin dawk li huma safja f’qalbhom ghax huma jaraw l’Alla” u t-talba “Omm l-Izjed Safja”

6th_Beat._Blessed_are_the_clean_of_heart_for_they_will_see_GodGhal din il-beatitudni Vince pprepara disinn mill-isbah, nadif u bilancjat filwaqt li hu semplici fl-ezekuzzjoni. Fuq din il-qanpiena naraw gilju simbolu tal-purezza bil-ktieb tal-bibja miftuh u garra ta' l-ilma fuq wara u ma jistax jonqos il- hamiema s’intendi li tirraprezenta l-Ispirtu s-Santu.

It-talba “Omm l-izjed safja”, din ukoll hija marbuta mal-beatitudni tal-istess qanpiena. Il-hamiema u l-ilma gieri jissimbolizzaw is-safa.

Fil-bordura ta' din is-sitt qanpiena s'intendi insibu ukoll il-gilju.

 

 

 

6_copy

 

 

 

 

 

Is-Seba’ Qanpiena:“Henjiin dawk li jgibu l-paci ghax huma jissejhu ulied Alla” u t-talba “Regina Pacis”

7th_copyId-disinn li hadem ghall din il-qanpiena Vince Caruana tah l-isem ta’ ‘The peacemakers’, ddedika ghal dawk li jissiltu ghal paci u biex tirrenja il-paci bejn il-popli tad-dinja. Pinga ghalhekk fuq sfond ix-xemx, il-gwienah ta’ hamiema li tirraprezenta l-iSpirtu s-Santu u quddiem salib imdawwar bil-weraq taz-zebbug, simbolu tal-paci.

Ghat-talba “Regina Pacis”, Marija hija msejha s-sultana tal-paci.

Il-Bordura hija bil-weraq tas-sigra taz-zebbug disinn sabih u eleganti ghall-ahhar.

 

7_copy

 

 

 

 

 

 

It-Tmien Qanpiena: “Henjin dawk li huma ppersegwitati minhabba s-sewwa, ghax taghhom hija s-saltna tas-smewwiet” u t-talba “Mater Ecclesiae”

8thL-ahhar disinn ta' Vince Caruana huwa nteressanti kif ta' l-interpretazzjoni tieghu ghal din il-Beatitudni. Fid-disinn insibu il-Kuruna li tissimbolizza il-Glorja, ir-rebha u r-rigal tal-hajja ta' dejjem ta' dawk li jigu ppersegwitati, hawn irraprezentati fid-disinn mix-xabla. Il-kuruna hija mdawra bit-tlett stillel hafna drabi maghrufa bhala l-istilel ta’ David. Hemm ukoll il-weraq tal-palm u z-zabla, simbolu ta' trijonf.

It-talba “Mater Ecclesiae”, is-Sur Paul Stellini ghamel il-figura tal-Knisja parrokkjali ta’ Ghajnsielem, li turi s-sejha li ghandna biex nibnu flimkien il-Knisja Hajja fir-rahal ta’ Ghajnsielem.

Il-bordura hija frieghi mill-isbah bil-weraq tal-Palm sabiex Caruana jkompli jsahhah l-idea tar-rebh fuq il-hazen.

 

8_copy

 

 

 

 

 

 

Fost dan kollu li ppruvajt nidesskrivi fil-qosor hemm ukoll simboli tas-salib tal-kavallieri b’dekorazzjoni maghhom in-naha t’isfel ta' kull qanpiena. Hemm ukoll is-slaleb dekorattivi ghall-emblemi tal-kunjomijiet tal-benefatturi.

 Dawn il-qniepen huma verament opra sabiha u ta’ presitigju kbir ghall-Parrocca ta’ Ghajnsielem u l-parruccjani ghandhom ikunu kburin b’dawn il-qniepen u jroddu hajr lill-Arcipriet Dun Frankie Bajada ghall dan il-progett u t-team ta’ artisti li b’hegga kbira tawh il-Very Best’ biex il-holma saret realta.

Minn naha tieghi jien nirringrazzjakom ta' din l-istedina u nawgura lill kullhadd il-paci, success, u festa mill-isbah.

 

Gabriel A. Pellegrini

14.08.2011

 
News image

1.10.2011

Art Works

  The Rotary Club Gozo has opened its fifth edition of th...

News image

16.8.2011

Art Appreciation by Gabriel A Pellegrini

The 14th of August marked a historical day not only for the ...

News image

29.7.2011

Objets d’Art : their completion

Four years of planning and hard work has resulted in an asto...